Lokali

“Ingħata għalina” – pageant fit-toroq ewlenin ta’ Ħad-Dingli

Fil-qalba tar-raħal pittoresk ta’ Ħad-Dingli nsibu tiddomina l-Knisja Arċipretali ta’ Santa Marija Mtella’ s-Sema. Biswitha, f’Misraħ Ġuze’ Abela, hemm s-Sede talGħaqda Mużikali Santa Marija li fiha tħaddan il-Kummissjoni Ġimgħa Mqaddsa li għal dawn l-aħħar wieħed u għoxrin sena ħadet ħsieb torganizza attivitajiet marbuta ma’ dan iż-żmien tant għażiż għalina l-insara.

Għal din is-sena se tittella’ Pageant bit-tema ‘Ingħata Għalina’. Se jieħdu sehem madwar mitt personaġġ bibliku flimkien mal-Banda Santa Marija tal-istess Għaqda. Se jkunu qed jakkumpanjaw ukoll l-gruppi tal-iScouts u n-19th Girl Guides ta’ Ħad-Dingli.

Il-Pageant se toħroġ mis-Sede tal-Għaqda tagħna u se jkun qiegħed jiġi animat rakkont dwar il-personaġġi bibliċi mill-Kavallier Carmelo Bianchi. Dan ir-rakkont se jgħina biex nidħlu fl-ispirtu ta’ din il-ġrajja li tfakkarna fil-passjoni ħarxa li ħa s-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu biex feda l-umanita’.

Il-Banda Santa Marija għandha repertorju ta’ marċi funebri kemm ta’ surmastrijiet Maltin u kemm barranin, fejn permezz ta’ dawn il-marċi se tinħoloq atmosfera li tkompli tikkumplimenta dawn il-mumenti.

Il-Kummissjoni flimkien mal-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda tagħna, ilha numru ta’ xhur taħdem qatigħ fuq din ir-raprezentazzjoni billi kompliet tkabbar ilvestwarju u żdiedu diversi aċċessorji li se jintużaw għal-ewwel darba.

Kull min ġie jara din il-Pageant fis-snin l-imgħoddija kellu kliem ta’ tifħir għalorganizzazzjoni u għas-serjeta li tinżamm. Għalhekk inħeġġukom biex tingħaqdu magħna nhar is-Sibt l-1 ta’ April 2023, lejliet Ħadd il-Palm, biex flimkien nibdew il-Ġimgħa Mqaddsa li twassalna sal-Għid il-Kbir.