Lokali Qorti

Jammetti li seraq fittings tad-dawl u ilma

Raġel ta’ 38 sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin wara li ammetta li f’Awwissu li għadda kkommetta serq ta’ fittings tad-dawl u l-ilma u oġġetti oħra li b’kollox jiswew €2,000 għad dannu ta’ Rachelle Lynn Borg, Josephine Borg, Anne Marie Abela u persuni oħra, liema serq huwa aggravat bil- valur, bil-persuna u bil-ħin bi ksur tal- Artikoli 267, 268 u 270 tal- Kapitolu 9 tal- Liġijiet ta’ Malta.

Oivend Xuereb residenti San Pawl il- Baħar ammetta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li fil-ħinijiet ta’ filgħaxija, gewwa residenza mingħajr isem fi’ Triq il-Ħuttaf l- Mosta, ikkometta dan is-serq. Xuereb ammetta l- akkuzi fil-konfront tiegħu ma l-ewwel smigħ tal-kawża, kif ukoll ġie prezentat irċevuta dwar il-ħlas lil vittmi.

Fil-fatt il-vittmi xehdu fil-Qorti u kkonfermaw li l-ħlas effetivament kien sar. Hu ngħata sentenza ai termini tal- Artikolu 22 tal- Kapitolu 446 ghal perjodu ta’ tliet snin. Il-vittmi anke ħafru lil Xuereb hekk kif dan ħallas minn qabel u rrifonda kollox lura.

Xuereb kien jaħdem ma’ kuntrattur li kien jitqabbad jaħdem f’diveri binjiet. Meta kien inqabad filgħaxija reġa mar fuq il-lant u kiseb aċċess għal gewwa u seraq il- valur ta 2,000 f’ fittings tad dawl u ilma min ġewwa r-residenza. Huwa nqabad mis-CCTVs li kienu diġa nstallati madwar il- binja. Għalih dehret l-Avukat Rachel Tua filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri.