Graziella Attard Previ, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fl-Aġġornament tal-parlament li Jum il-Mara hu mfakkar f’ċirkostanzi ta’ abbużi fuq in-nisa fosthom fil-vjolenza domestika.
Graziella Attard Previ qalet li minkejja l-avvanzi li għamlu n-nisa, il-verità għad hemm ċirkostanzi fejn il-mara għadha mhix stamata biżżejjed u fejn ċertu nisa għadhom imwarrba fis-soċjetà minħabba li s-sigurtà tal-mara hi mhedda. Għad hemm ċirkostanzi fejn ċertu responsabbitajiet għadhom jaqgħu fuq n-nisa biss.
Hi rrokonoxxiet is-suċċessi li kisbu n-nisa fl-aħħar snin u sostniet li n-nuqqasijiet li għad hemm biex tintlaħaq l-ugwljanza iridu jkunu kkusidrati fl-ambjent diffiċli li hawn f’Malta. Graziella Attard Previ semmiet il-qtil ta’ Bernice Cassar fejn l-inkjesta kkonkludiet li l-Istat falla minħabba l-ammont xogħol li għandu l-Korp tal-Pulizija. Bernice Cassar kienet ilha ħafna żmien titlob protezzjoni iżda l-Istat falla. Hi qalet li l-Istat hu l-gvern Laburista u qalet li l-istituzzjonijiet huma mmexxija mill-gvern Laburista.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li n-neis li hemm wara l-Istat fallew u sostniet li fallew il-qrati u l-Krop tal-Pulizija. Hi kompliet li l-pulizja m’għandhomx riżorsa biex jipproteġu lill-vittma li fil-maġġoranza huma nisa.
Il-gvern qed jinjora studju ta akkademiċi li qed jiftħu għajnejn il-politiku iżda l-gvern qed iħares in-naħa l-oħra. Il-gvern qed jinjora l-istadju ta’ Andrew Azzopardi, sosniet Graziella Attard Previ, li qalet li l-PN ilu żmien jinsisti li l-entitajiet jingħataw ir-riżorsi.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li hemm biss maġistrat waħda biex titratta vjolenza domestika li quddiemha hemm 1400 każ. Quddiem din is-sitwazzjoni l-Gvern mhu jagħmel xejn.
Hi semmiet ukoll il-ftehim korrott tal-isptarijiet fejn il-poplu insteraq €390 miljun; liema flus setgħu intefqu f’investiment fis-settur soċjali fosthom fid-djar alternattivi lil persuni li jkunu għaddejjin minn vjolenza domestika.
//= $special ?>