Fl-aħħar sigħat, f’Incheon, fil-Korea t’Isfel bdiet uffiċjalment l-avventura l-ġdida tal-eks plejer internazzjonali Ġermaniż, Jürgen Klinsmann bħala kowċ nazzjonali ta’ dan il-pajjiż Asjatiku. Għal Klinsmann, li llum għandu 58 sena, din se tkun it-tielet darba fil-karriera tiegħu bħala kowċ, li se jkun qed imexxi tim nazzjonali wara l-esperjenzi li hu diġa’ kellu mal-Ġermanja u aktar riċenti mal-Istati Uniti.
Fl-ewwel kummenti tiegħu mal-wasla tiegħu fl-ajruport internazzjonali ta’ Incheon, Klinsmann qal kemm hu privileġġat li se jkun qed imexxi t-tim nazzjonali tal-Korea t’Isfel.
Klinsmann, li fost l-oħrajn bħala plejer tal-Ġermanja, irnexxielu jirbaħ it-Tazza tad-Dinja tal-1990 u l-Kampjonati Ewropej tal-1996, saħaq li l-mira tiegħu ma’ din l-iskwadra nazzjonali Asjatika għandha tkun li jirbħu t-Tazza tal-Asja.
//= $special ?>