Matul il-ġurnata l-fondazzjoni FIDEM organizzat konferemza li trattat diversi temi li jaffettawa fost l-oħrajn lin-nisa fis-soċjetà.
L-ewwel parti tal-konferenza ffukat fuq l-edukazzjoni bħala għodda li tagħti setgħa lin-nisa u għodda ewlenija biex jitneħħa l-preġudizzju bbażat fuq is-sess. It-tieni parti ffukat fuq il-vjolenza domestika fejn spikka fost l-oħrajn intervent emozzjonali minn Redianne Cassar li rrakkuntat minn xiex għaddiet meta kienet f’relazzjoni abbużiva.
Fl-istess konferenza waslet ukoll il-messaġġ tagħha l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola illi saħqet li kull tifla għandha tikber bil-ħsieb li tista’ tirnexxi f’kollox fis-soċjetà ta’ madwarha. Roberta Metsola insistiet li bħala President tal-Parlament Ewropew se tkompli taħdem sabiex ikun hemm pagi indaqs kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkumpanjat mis-Sinjura AnneMarie Grech.
//= $special ?>