‘Għejejna u xbajna’
‘Justice delayed is justice denied’.
F’jum il-mara li ġie ċċelebrat matul il-jum tal-Erbgħa, numru ta’ attivisti ħadu sehem fi protesta li saret fil-Belt Valletta bit-tema ‘Nisa magħqudin għax mill-ġustizzja mċaħħdin’, fejn b’kartelluni f’idejhom sejħu għall-ġustizzja.
Dan fid-dawl ta’ diversi każi ta’ vjolenza li seħħew fuq in-nisa fl-aħħar snin – fosthom il-każ ta’ Bernice Cassar – l-omm ta’ zewg it-tfal li kienet vittma ta’ vjolenza domestika u nqatlet kiesaħ u biered; u Sion Grech; li fl-2005 inqatlet fil-Marsa… bl-istess każ għadu miftuħ beraħ wara ġuri ġie fi tmiemu fl-aħħar xhur u ż-żewġ akkużati ewlenin ġew liberati.
L-attivisti li tkellmu ma’ dan l-istazzjon saħqu li fl-aħħar xhur u snin, f’pajjiżna rajna nuqqas ta’ azzjoni mill-ogħla istituzzjoijiet ta’ pajjiżna .. fosthom mill-Gvern, mis-sistema ġudizzjarja kif ukoll mill-pulizija … fejn bosta reati serji bħall-vjolenza domestika u anki femiċidji setgħu jiġu evitaw. Dan minħabba nuqqas ta’ informazzjoni, koordinazzjoni u nuqqas ta’ rizorsi fost oħrajn .. bħal ma kkonkludiet l-inkjesta pubblika b’rabta mal-każ ta’ Bernice Cilia.
Minn naħa tagħhom, kemm il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri kif ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard ilhom ħafna jwiegħedu li se jimplimentaw ir-riformi meħtieġa u li se jżidu r-riżorsi, iżda dan sa issa għadu ma seħħx.
Waqt din il-protesta tkellmet Angela Deguara f’isem Moviment Graffiti, fejn insistiet li fis-socjetà li nghixu fiha llum, il-mara hija zvantaggjata, stuprata, assassinata, u abbużata.
Fid-diskors tagħha, Angela Degurara appellat lill-Gvern u lil dawk kollha li jmexxu l-ogħla istituzzjonijiet ta’ pajjiżna sabiex kull min hu involut jerfà responsabbiltà ħalli ssir il-gustizzja meħtieġa fil-qasam socjali u fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Din il-protesta ġiet organizzata mill-Moviment Graffitti, flimkien ma’ MGRM, Doctors for Choice, Women’s Rights Foundation u Young Progressive Beings.
//= $special ?>