Nhar il-Ħadd li għadda ingħata bidu għat-Tazza tad-Dinja tax-Shotgun tal-ISSF f’Doha, Il-Qatar, avveniment li se jkun qed jara xejn inqas minn 352 tiratur minn 63 pajjiż differenti fosthom Malta.
Clive Farrugia, fil-kompetizzjoni Skeet ikkwalifika għax-shoot-off iżda kien eliminat fil-finali bi skor ta’ 122/125 +1.
Fl-ewwel ġurnata Farrugia laqat 72/75 plattina biex fit-tieni ġurnata kellu żewġ straights ta’ 50/50. Huwa spiċċa fil-11-il post fil-kwalifikazzjoni fost 114 tiratur.
Marcello Attard, fi Skket ukoll laqat 119/125 plattina b’Liam Sciberras u Marlon Attard iġibu skor identiku ta’ 115/125.
It-Taljan Gabriele Rossi rebaħ id-deheb f’din il-kompetizzjoni filwaqt li l-Amerikan Vincent Hanock u t-Taljan Luigi Lodde jiksbu l-Fidda u l-Bronż rispettivament
Din il-ġimgħa it-tim Malti tat-Trap jasal f’Doha biex aktar tard jibda bl-impenji tiegħu.
//= $special ?>