Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Tenishia Thornton u Kim Camilleri Lagana f’Pariġi

Fi tmiem din il-ġimgħa Tenishia Thornton u Kim Camilleri Lagana se jkunu qed jikkompetu fil-French Cup f’Pariġi bħala preparazzjoni għall-avvenimenti li ġejjin fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-Weightlifter żgħażugħa Kim Camilleri Lagana se tkun qed tikkompeti fil-Youth World Championships f’Durres l-Albanija fil-25 ta’ Marzu li ġej.

Iż-żgħażugħa l-oħra ta’ suċċess Tenishia Thornton ukoll se tkun impenjata din id-darba fil-Kampjonati Ewropej f’Yerevan, l-Armenja fis-17 t’April li ġej. Dan ser ikun it-tieni avveniment għaliha ta’ kwalifika għall-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024 wara li diġa kkompetit f’Bogota, il-Kolombja.

Fir-rankings tal-IWF Thornton tinsab fil-31 post fil-kategorija 59kg.