F’għeluq l-10 sena ta’ Gvern Laburista, fuq il-media soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fakkar kif 10 snin ilu, tal-Labour bdew iwettqu l-pjan li kellhom biex iħaxxnu bwiethom u bwiet il-ftit ta’ madwarhom, kif ukoll bdew jaħtfu l-istituzzjonijiet, waħda wara l-oħra, biex ikunu protetti u ħadd ma jinvestigahom.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar kif tal-Labour warrbu nies kompetenti u minflokhom poġġew nies leali lejhom u mhux lejn pajjiżna, filwaqt li bdew jaħmu deals korrotti mal-frodisti qisu dak li hu tal-Maltin kien propjetà personali tagħhom.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dawn kienu 10 snin ta’ frodi, serq u tixħim.