“Int jixraqlek aħjar, Partit Nazzjonalista joffrilek l-opportunitajiet li verament jixirqulek”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’indirizz lin-nazzjon li xxandar il-Ħamis waranofsinhar fejn fakkar kif 10 snin ilu l-Partit tal-Labour ġie elett fil-Gvern – snin li kienu mimlija wegħdi mhux imwettqa; 10 snin ta’ skandli wieħed wara l-ieħor.
Bernard Grech insista li Partit Laburista fil-Gvern wiegħed li l-ambjent kien se jkun prijorità, u telgħa bl-għajta tal-meritokrazija…minflok, taħt it-tmexxija kemm ta’ Robert Abela kif ukoll ta’ Joseph Muscat, Gvern Laburista ġab poplu li jasal ‘il quddiem biss skont jekk hux qrib ta’ Ministru.
Bernard Grech insista li s’issa dan il-Gvern m’għandux pjan sabiex itejjeb il-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin – mingħajr pjan għat-traffiku, l-edukazzjoni, għall-futur ta’ uliedna jew saħansitra għall-għoli tal-ħajja. B’tal-qalba akkużati illi għażlu li jxerrdu flus il-poplu bejniethom minflok jużawhom għal ġid tal-pajjiż.
Huwa saħaq li l-Partit Nazzjonalista qed jappella lill-Gvern sabiex fost oħrajn il-flus li ngħataw lil Vitals u Steward fid-deals frawdolenti jingħataw lura lill-poplu.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li l-flus għandhom jintużaw fost l-oħrajn għal servizz ta’ saħħa aħjar, għall-istudenti, u għall-ħaddiema.
Bernard Grech sostna li l-Prim Ministru Robert Abela jibża’ jsemmi lill-predeċessur tiegħu għaliex pajjiżna għadu qed isofri l-konsegwenzi ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu fis-snin preċedenti; deċiżjonijiet li għadhom qed isibu s-sostenn sħiħ tat-tmexxija Laburista preżenti.
//= $special ?>