Qorti fl-Indoneżja tat sentenza ta’ 30 xahar priġunerija lil żewġ uffiċjali tal-futbol fil-pajjiż, wara t-traġedja kbira li seħħet f’Ottubru li għadda fl-Kanjuruhan Stadium, b’135 partitarju, fosthom tfal, kienu tilfu ħajjithom.
Dak in-nhar, waqt logħba li kienet intlagħabet f’Malang, il-maġġoranza tal-vittmi kienu spiċċaw mgħaffġa waqt li kienu qed jippruvaw joħorġu mill-istadium, wara li l-Pulizija bdiet tispara l-gass tad-dmugħ fuq in-nies.
Il-Qort fl-Indoneżja sabet lil Abdul Haris ħati li b’negliġenza kkawża l-mewt ta’ numru ta’ persuni u ingħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs. Uffiċjal ieħor, Suko Sutrisno ingħata sentenza ta’ sena priġunerija.
Din it-traġedja umana hija meqjusa t-tieni l-akbar waħda li qatt seħħet fl-istorja tal-futbol.
//= $special ?>