Lokali

AĠĠORNATA: Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi f’Burmarrad

Aġġornament:

Żaġħżugħ ta’ 18-il sena li kien qed isuq mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura misjuqa minn mara ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8 ta’ dalgħodu fi Triq Burmarrad, Burmarrad.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Iktar kmieni:

Bħalissa, it-triq biswit il-Knisja ta’ Burmarrad tinsab magħluqa għat-traffiku kaġun ta’ inċident li seħħ fl-aħħar ħin.

Jidher li sewwieq ta’ mutur safa’ mtajjar minn vettura b’riżultat li sofra minn xi ġrieħi. Il-kundizzjoni tal-persuna għadha mhix magħrufa.

Fil-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħtu l-għajnuna tagħhom.

Wieħed qed jintalab biex jevita z-zona minħabba ammont kbir ta’ traffiku li nġema’.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.