Futbol Sport

Allegri jħalli barra lil Pogba għal raġunijiet dixxiplinarji

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder ta’ Juventus Paul Pogba mhux se jagħmel parti mill-iskwadra imsejħa għal partita tal-fażi ta’ l-aħħar sittax iktar tard illejla kontra Freiburg.

Ir-raġuni hija li l-plejer internazzjonali Franċiż kien tard għal laqgħa tat-tim li saret nhar l-Erbgħa, u b’hekk il-kowċ Max Allegri iddeċieda li jħalli l-plejer barra mit-tim.

Din l-esklużjoni mit-tim tkompli tillimita l-opportunitajiet li kellhu Pogba dan l-istaġun, hekk kif lagħab biss partita waħda kemm ilu li rritorna ma’ Juventus fis-sajf li għadda