Lokali

ARA: Joħroġ il-music video uffiċjali ta’ The Busker għall-ESC 2023

Fl-aħħar ħin ħareġ il-music video uffiċjali tal-mużika ta’ The Busker li se jkunu qed jirrapreżentaw lil pajjiżna f’Mejju li ġej f’Liverpool matul il-Eurovision Song Contest 2023.

Il-mużika bl-isem ta’ Dance (Our Own Party) hija l-kanzunetta rebbieħa tal-band ta’ David “Dav.Jr” Meilak, Jean Paul Borg, u Sean Meachen – ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.

Din se tkun l-ewwel sena wara diversi snin li pajjiżna se jkun qed juża’ l-istess kanzunetta li intrebħet fil-Malta Eurovision Song Contest biex tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest. Dan hekk kif ir-rebbieħa kienu qed jingħataw kanzunetta kompletament differenti għall-ESC minn dik li jkunu rebħu biha f’pajjiżna.