Fid-dawl tal-qtugħ ta’ dan is-servizz fl-aħħar jiem, l-Awtorità tax-Xandir tixtieq tinforma lill-pubbliku inġenerali li abbażi ta’ kommunikazzjoni uffiċjali li saret bejnha u bejn il-PBS Ltd, jirriżulta li tali qtugħ huwa riżultat ta’ tibdiliet fin-network liema tibdiliet wasslu biex is-sit tan-Naxxar jintefa; konsegwentament, is-sit fl-Imtarfa issa żied it-transmitting power tiegħu sabiex ikun jista’ jaqdi lbżonnijiet tan-nies li kienu qed jirċievu s-sinjal mis-sit tan-Naxxar.
Għaldaqstant, il-PBS qed jissuġġerixxi lil dawk li qed jesperjenzaw nuqqas ta’ servizz sabiex jindirizzaw l-antenna (aerial) tagħhom fid-direzzjoni tal-Imtarfa (Mtarfa GO Tower – Malta Central) jew inkella fiddirezzjoni ta’ wieħed mis-siti l-oħra li minnhom isiru t-trasmissjonijiet tal-free to air li huma f’Ta’ Kennuna (Għawdex), il-Mellieħa u Tas-Silġ.
Il-PBS huwa l-operatur tan-network li permezz tiegħu s-servizzi televiżivi meqjusa ta’ interess ġenerali, jaslu free to air fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.