Internazzjonali

Jilgħaqu platti tas-sushi bħala “ċajta” … u jispiċċaw arrestati

Dik li bdiet bħala ċajta swiet ħażin għal grupp ta’ Ġappuniżi li poġġew videos online, juru lilhom qed jilgħaqu platti tas-sushi li jkunu għaddejin fuq il-conveyor belt.

Wara l-ewwel videos, din it-tend litteralment splodiet fuq l-internet, u ħolqot tħassib kbir għall-istabbilimenti l-kbar tas-sushi li huma popolari ferm madwar il-Ġappun.

Dawn il-ħwienet, magħrufa fil-Ġappun bħala Kaiten-sushi, wasslu appelli biex in-nies jieqfu jagħmlu dawn il-videos. B’uħud mir-ristoranti issa iddeċiedew li jwaqqfu għal kollox dan is-servizz tal-conveyor belt, u minflok jibdew iwasslu l-platti tas-sushi direttament lill-klijenti.