Lokali

Jirritorna l-festival li jagħti spazju lit-talent Malti u lil-lingwa Maltija

Jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għall-festival tant popolari mal-Maltin, festival li jagħti spazju lit-talent Malti biex joffru l-aqwa mużika Maltija oriġinali.

B’kollox hemm 20 kanzunetta li għamlitha għas-semifinali tal-festival Mużika Mużika, li dahal fit-tielet edizzjoni. Matul is-semifinali, il-partecipanti se jkunu qed jipparteċipaw permezz ta’ live auditions.

Imbagħad, fil-finali, li se tkun qed issir fil-25 ta’ Marzu, ikun magħruf ir-rebbieħ ta’ din l-edizzjoni.

Oriġinarjament kienu 149 persuna li applikat għal dan il-festival. Dan il-festival jagħti spazju lill-kantanti, awturi u kompożituri Maltin biex joffru mużika bil-lingwa Maltija.

L-ewwel edizzjoni tal-festival kienet intrebħet mill-kanzunetta Ħarsa Biss, interpretata minn Glen Vella filwaqt li t-tieni edizzjoni intrebħet mill-kanzunetta Bla Tarf, interpretata u miktuba minn Kurt Calleja.