Mhux mistenni li jitressqu l-akkużi fil-konfront ta’ tfajjel ta’ sitt snin li, ġimgħat ilu, spara għal fuq l-għalliema tiegħu fi skola primarja fl-Istat ta’ Virginia.
L-inċident imur lura għas-6 ta’ Jannar u meta l-awtoritajiet fil-belt ta’ Newport News għad iridu jiddeċiedu jekk ‘xi adulti’ għandhomx jiffaċċjaw l-akkużi uffiċjali għar-responsabbiltà tagħhom fil-każ.
It-tfajjel, dakinar, kien mar l-iskola b’arma tan-nar fil-backpack u fejn hu imbagħad spara għal Abigail Zwerner, għalliema ta’ 25 sena, waqt li hi kienet qed tagħti lezzjoni fil-klassi. Il-vittma salvat b’ħajjitha minkejja li spiċċat feruta gravi mill-balal li laqtuha.
Fl-aħħar sigħat, l-Avukat Prinċipali ta’ Newport News, Howard Gwynn, qal li l-Uffiċċju tiegħu mhux se jipprova jressaq lit-tfajjel il-qorti peress li prospett bħal dan għandu jkun bil-wisq problematiku għal tifel ta’ sitt snin li żgur li ma jaf xejn dwar kif taħdem is-sistema legali.
//= $special ?>