Is-Sibt 18 ta’ Marzu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jkun qed jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr f’għeluq l-10 snin mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku. Il-quddiesa ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fid-9:30am.
Il-Papa Franġisku ġie elett fit-13 ta’ Marzu 2013 u beda uffiċjalment il-ministeru pastorali tiegħu bħala Isqof ta’ Ruma u Ragħaj tal-Knisja Universali fid-19 ta’ Marzu 2013, fis-Solennità ta’ San Ġużepp.
//= $special ?>