Tliet timijiet jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tat-table tennis.
Rebħiet identiċi għal Top Spin TT Academy u Alpha Gewo li għelbu lil HITT Academy Valletta u Mosta Gunners bl-iskor ta’ 6-0 filwaqt li HITT Academy Kyte Consultants ukoll kisbu rebħa konvinċenti ta’ 5-1 kontra Butterfly 5-1.
Mit-tieni diviżjoni, MITTC Butterfly Rozena u HITT Academy Legends offrew logħba ferm akkanita b’tal-aħħar jirbħu 4-3. Bl-istess skor HITT Academy Legends għelbu lil MITTC Butterfly Rozena.
MITTC Butterfly Angela Bajada u Top Spin TT Academy Hexer kisbu rebħiet dominanti kontra PBC Table Tennis Bluefire (5-1) u Alpha Calleja Ltd (6-0).
HITT Academy FXP u Top Spin TT Academy Supercores kisbu skor simili ta’ 4-2 kontra Alpha Sensus u HITT Academy ITX rispettivament.
//= $special ?>