Futbol Sport

UEFA Europa League: Manchester United u Juventus jirbħu l-ewwel leg

(Ritratt: EPA)

Manchester United v Real Betis 4-1

Manchester United għelbu lil Real Betis f’Old Trafford b’rebħa meritata bl-iskor ta’ 4-1.

Marcus Rashford kompla l-forma impekkabli tiegħu meta fetaħ l-iskor wara biss 6 minuti logħob b’xutt minn naħa tal-lemin mit-tarf tal-kaxxa.

Ayoze Perez kien l-awtur tal-gowl tad-draw fit-32 minuta meta l-konklużjoni tiegħu għelbet għal kollox lil David De Gea.

Ir-Red Devils stennew sat-52 minuta sabiex imorru fil-vantaġġ, il-gowl wasal minn Antony li sab ix-xibka b’gowl il-ġmiel tiegħu minn barra l-kaxxa minn naħa tal-lemin minn pass ta’ Bruno Fernandes.

It-tielet gowl għal Manchester United wasal fit-58 minuta meta Bruno Fernandes skurja gowl mhux soltu għalih hekk kif xeħet ġewwa permezz ta’ daqqa ta’ ras minn korner tad-difensur laterali Luke Shaw.

Wout Weghorst issiġilla r-rebħa għal Manchester United b’gowl fit-82 minuta b’xutt b’saħħtu mil-lemin.

Juventus v Freiburg 1-0

Daqqa ta’ ras tal-attakkant Arġentin Angel Di Maria kien biżżejjed sabiex jagħti r-rebħa lil Juventus fil-konfront tagħhom kontra Freiburg fl-ewwel rawnd tal-fażi tal-aħħar sittax.

Roma v Real Sociedad 2-0

Fi Stadio Olimpico, Roma kisbu rebħa kruċjali għall-kwalifikazzjoni għall-kwarti finali kontra Real Sociedad.

Il Giallorossi ma damux biex fetħu l-iskor, hekk kif Stephan El Shaarawy sab ix-xibka minn pass preċiż ta’ Dybala.

Roma ssiġillaw ir-rebħa ftit minuti qabel it-tmiem tal-partita permezz ta’ daqqa ta’ ras minn Marash Kumbulla minn korner ta’ l-istess Dybala.

Sporting Lisbon v Arsenal 2-2

Riżultat sorprendenti fil-partita bejn Sporting Lisbon u Arsenal hekk kif it-tim Portuguż irnexxielu jikseb draw rispetabbli kontra t-tim li jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat Ingliż.

Arsenal bdew il-partita fuq nota tajba hekk kif William Saliba fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras kalma minn kross ta’ Fabio Vieira.

Sporting kisbu d-draw fil-34 minuta meta Goncalo Inacio xeħet ġewwa permezz ta’ daqqa ta’ ras minn kross pinġut tal-attakkant Marcus Edwards.

B’hekk iż-żewġ timijiet daħlu għal ħin tal-mistrieħ f’parità.

Sporting Lisbon marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-55 minuta meta l-attakkant Portugiż Paulinho għeleb lil Turner mill-viċin b’xutt kalm fir-rokna tal-lemin.

Fit-62 minuta auto gowl ta’ Hidemasa Marita jagħmel l-iskor 2-2, u b’hekk jagħti l-opportunita’ liż-żewġ timijiet jissieltu għall-kwalifikazzjoni għall-kwarti finali fit-tieni rawnd tal-fażi ta’ l-aħħar sittax.

Bayer Leverkusen v Ferencvaros 2-0

Bayer Leverkusen b’pass eqreb lejn il-kwalifikazzjoni tal-kwarti finali b’rebħa fuq Ferencvaros bl-iskor ta’ 2-0.

It-tim Ġermaniż fetaħ l-iskor kmieni permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Karem Demirbay minn pass ta’ Floriana Wirtz.

Bayer Leverkusen irduppjaw l-iskor fis-86 minuta meta d-difensur ċentrali Edmond Tapsoba sab ix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras b’saħħita minn kross ta’ Adam Hlozek.

Union Berlin v Union Saint-Gilloise 3-3

Partita kumbatutta li ntemmet fi draw ta’ 3-3 bejn Union Berlin u Union Saint-Gilloise.

L-ewwel gowl tal-partita wasal fil-28 minuta meta Victor Boniface ta’ Union Saint-Gilloise tefgħa ġewwa b’xutt mil-lemin minn barra l-kaxxa.

Union Berlin skurjaw il-gowl tad-draw ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Josip Juranovic skurja gowl mill-isbaħ minn freekick minn naħa tal-lemin.

Fit-58 minuta Union Saint-Gilloise marru fil-vantaġġ għat-tieni darba fil-partita, b’din id-darba Yorbe Vertessen iniżżel ismu mal-iskorers.

Fid-69 minuta t-tim mill-kapitali Ġermaniż kiseb id-draw mill-ġdid permezz ta’ Robin Knoche li xeħet ġewwa b’xutt kalm u baxx fir-rokna tal-lemin.

Ftit minuti Victor Boniface skurja t-tieni gowl personali tiegħu kif ukoll it-tielet gowl għat-tim tiegħu minn pass twil ta’ Nieuwkoop.

Tmiem drammatiku fil-partit hekk kif Union Berlin skurjaw is-sitt gowl tal-partita fid-89 minuta hekk ix-xutt ta’ Sven għeleb għal kollox lil goalkeeper ta’ Union Saint-Gilloise Anthony Moris.

B’hekk il-partita ntemmet fi draw, biż-żewġ timijiet iħallu kollox għar-rawnd li jmiss.

Sevilla v Fenerbache 2-0

Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed sabiex jagħtu r-rebħa lil Sevilla fl-ewwel leg kontra Fenerbache.

L-ewwel gowl wasal fil-58 minuta meta Joan Jordan ittanta xortih minn naħa tal-lemin u sab ix-xibka b’konklużjoni mill-isbaħ.

It-tieni gowl wasal ftit minuti qabel tmiem il-partita minn Erik Lamela li għeleb lil Bayindir b’xutt minn barra l-kaxxa minn pass ta’ Rakitic.

Shaktar Donetsk v Feynoord 1-1

Żewġ gowls fl-aħħar għaxar minuti rriżulta f’parità bejn Shaktar Donetsk u Feynoord bl-iskor ta’ 1-1.

It-tim Ukren fetaħ l-iskor fit-80 minuta meta Yaroslav Rakitskyi xeħet ġewwa minn pass ta’ Sudakov.

Feynoord kisbu d-draw fit-88 minuta permezz ta’ Ezequil Bullaude.

Riżultati UEFA Europa League:

Bayer Leverkusen 2-0 Ferencvaros
Roma 2-0 Real Sociedad
Sporting CP 2-2 Arsenal
Union Berlin 3-3 Union St.Gilloise
Juventus 1-0 Freiburg
Manchester United 4-1 Real Betis
Sevilla 2-0 Fenerbahce
Shaktar Donetsk 1-1 Feyenoord

Riżultati UEFA Europa Conference League

AEK Larnaca 0-3 West Ham United
Anderlecht 1-1 Villareal
Sheriff 0-1 Nice
Basel 2-2 Slovan Bratislava
Fiorentina 1-0 Sivasspor
Gent 1-1 Istanbul Basaksehir
Lech Poznan 2-0 Djuurgaardem