Pensjonant akkużat ix-xahar li għadda dwar il-pussess ta’ dik li kienet deskritta bħala “pornografija tat-tfal estrema” wasal tard għall-ewwel smigħ tal-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontrih, u ħalla l-Qorti tistenna għax kien qed jieħu doċċa. Il-Qorti bdiet tisma’ l-provi l-Ġimgħa waranofsinhar hekk kif kompla l-każ kontra Publius Said ta’ 73 sena, li x-xahar li għadda tressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ pornografija tat-tfal.
Waqt l-arrest tiegħu, fil-Qorti ntqal kif l-investigazzjoni tal-Pulizija kienet imqanqla minn twissija li waslet min-National Centre for Missing & Exploited Children, organizzazzjoni bbażata fl-Istati Uniti involuta fil-ġlieda kontra l-ħtif tat-tfal u l-isfruttament sesswali.
Tfittxija sussegwenti mill-Pulizija kienet skopriet erba’ filmati bħal dawn fuq apparat elettroniku proprjetà ta’ Said, li fil-Qorti kien sostna li kien vittma ta’ “frame-up mill-Amerikani”. Il-każ ssejjaħ kellu jibda fil-ħin skedat, wara l-10am, iżda l-akkużat ma deher imkien.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit talbet lill-Ispettur tal-pulizija biex jordna li Said jittella’ mill-lockup tal-Qorti, iżda qalulha li t-trasport tiegħu kien telaq tard mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, “għax kien għadu qed jieħu ‘shower’.” Meta finalment is-seduta bdiet fis-1pm, l-ewwel xhud, espert maħtur mill-Qorti, informa lill-Maġistratli l-fajl tal-inkjesta ma kienx preżenti fl-awla u għalhekk ma setax jinstema’ f’dan l-istadju.
L-avukat difensur ta’ Said, Franco Debono insista fuq l-iżvelar sħiħ lta-klijent tiegħu. L-Ispettur Joseph Busuttil wieġeb li kien żvela l-provi kollha li kellu f’idu fil-ħin li Said ittieħed taħt arrest. Mill-pedana tax-xhieda, l-espert tal-Qorti qal li kien għadu qed jeżamina l-15-il esebit, li kienu jinkludu tliet compjuters, żewġ mowbajls, tablet computer u diversi ‘hard drives’.
F’dak il-ħin, il-Qorti ordnat lill-media biex toġroġ barra mill-awla, fid-dawl tan-natura tal-provi. Is-seduta wara kompliet bil-magħluq. Aktar tard mal-ġurnata Said ingħata l-pleġġ fuq depożitu ta’ 3,000 ewro u garanzija personali ta’ 20,000 ewro.
//= $special ?>

