F’post fuq Facebook, l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jason Micallef fakkar l-10 snin ta’ Gvern Laburista bi kliem li jinsab “iddiżappuntat u diżilluż bil-foloz li sfortuntament jirrenjaw” illum fil-Partit Laburista.
Jason Micallef qal li dawn in-nies “Bla ma jindunaw li bil-karattru mnejjek tagħhom se jispiċċaw bla kredibbiltà ma kulħadd. Waħedhom għada pitgħada”
Fl-istess post, Micallef ta ħarsa fejn ħadem tul l-aħħar 10 snin, bl-istess post iġġib numru ta’ kummenti minn individwi li uħud qatt ma stennew xejn ħlief rispett. Oħrajn qalu li qalgħu transfers taħt il-Labour.
Tkellem ukoll Kunsillier Laburista fil-Mosta fejn tenna li qatt ma stenna xejn għajr rispett u tenna li fil-maltemp dejjem kien hemm.
