Kollox jindika li l-approvazzjoni tal-Bord tal-Enemalta kienet biss formalita. U l-proġett tal-Electrogas kien diġa’ ingħata lilhom qabel biss iltaqa’ l-Bord.
Dwar dan kollu, kien magħrraf Konrad Mizzi. Bil-provi li ħarġu mill-PAC juru biċ-ċar li diġà kienet ittieħdet id-deċiżjoni li t-tender jintrebaħ mill-konsorzju Electrogas ta’ Yorgen Fenech. Dan seħħ ġurnata qabel ittieħed il-vot mill-Bord tal-Enemalta. U Konrad Mizzi kien jaf b’dan kollu.
Il-fatti li komplew joħorġu din il-ġimgħa jikkonfermaw li anke tal-Electrogas – l-istess bħad-deal tal-Vitals – kienet ħadma minn qabel.
Illum, wara 10 snin ta’ Gvern Laburista, qed ikomplu joħorġu fid-deher il-manuvri li saru – saħansitra, qabel l-elezzjoni tal-2013. U sal-11 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena, Konrad Mizzi kien diġa’ ġie infurmat bl-għażla tal-konsorzju immexxi minn Yorgen Fenech. Meta l-għada, imbgħad, tlaqqa’ l-Bord tal-Enemalta li ra l-istess preżentazzjoni li kien ra Mizzi f’Kastilja.
Konrad Mizzi minn naħa tiegħu għadu ma qal xejn dwar dak li ħiereġ mill-PAC. L-aħħar li tkellem pubblikament bil-mezzi soċjali tiegħu kien spjega kif fl-aħħar snin poġġa lill-Alla fiċ-ċentru ta’ ħajtu u awgura li aktar u aktar nies jersqu lejn l-fidi.
Intant, fl-aħħar laqgħa tal-PAC xehed l-avukat Aron Mifsud Bonnici illi qal li ma jħossx li kellu kunflitt ta’ interess meta hu kien s-Segretarju tal-Bord tal-Enemalta li għażel l-Electrogas u kien ankel-avukat personali ta’ Konrad Mizzi, l-Avukat tal-Ministeru ta’ Konrad Mizzi, u kien Segretarju ta’ bordijiet oħrajn, fosthom l-ARMS. Dan apparti li daħħal €200,000 f’direct orders.
Il-pressjoni fil-PAC dwar dan id-deal skandaluż tal-Electrogas qed issir grazzi għall-ħidma tad-deputati Nazzjonalisti Darren Carabott, David Agius u Graham Bencini.
//= $special ?>