Lokali

Fi Frar li għadda għaddew ftit iktar minn 379,000 passiġġier mill-Ajruport

Illum kien konfermat illi fi Frar li għadda għaddew ftit iktar minn 379,000 passiġġier mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

It-tmintax tax-xahar kienet l-iktar ġurnata impenjattiva hekk kif għaddew total ta’ ftit iktar minn 17,500 passiġġier b’ħafna mit-turisti jżuru lil pajjiżna sabiex isegwu ċ-ċelebrazzjoni tal-Karnival. Dan filwaqt li bosta persuni jsiefru f’dan il-perijodu minħabba li t-tfal ikunu bil-btajjel. Il-medja ta’ ‘seat load factor’ għal dan ix-xahar kienet ta’ 82.6%.

Fl-istess xahar l-Italja, ir-Renju Unit u Franza żammew posthom bħala l-aktar swieq importanti għall-ajruport ta’ pajjiżna… filwat li s-suq Ġermaniż tela’ fir-raba’ post u dak Pollakk sab posti bħala l-ħames l-aktar suq importanti għal Malta.