Ilbieraħ filgħaxija 8 ta’ persuni nqatlu fi sparatura f’sala tal-laqgħat tax-Xhieda tal-Jehovah fil-belt ta’ Hamburg fil-Ġermanja. Fost il-vittmi qed ikun maħsub li hemm l-allegat aggressur li wettaq l-isparatura.
Fl-isparatura weġġgħu wkoll 3 persuni oħra li jinsabu fil-periklu tal-mewt.
Sorsi internazzjonali qed jirrapurtaw li l-aggressur aġixxa waħdu u mhux fi grupp.
Xhieda qalu li semgħu 12-il sparatura sakemm kollox waqaf ħesrem.
Sa kmieni dalgħodu fuq il-post kien għad hemm il-forzi tal-Ordni fejn fi stqarrija qalu li għadha għaddejja l-investigazzjoni dwar id-dinamika tal-każ.
//= $special ?>