Uffiċjali ta’ belt fiċ-Ċina qajjmu għadab sħiħ wara li indikaw li kapaċi jirritornaw għas-sistema tal-lockdowns fil-każi fejn dawn jitqiesu bħala neċessarji.
It-tensjoni fl-inħawi ta’ Xi’an qed tfakkar fl-agħar żmenijiet tal-Covid-19 u meta l-awtoritajiet lokali qegħdin jaħsbu fl-epidemiji futuri tal-influwenza.
Skont pjan ta’ emerġenza li d-dettalji tiegħu kienu pubblikati din il-ġimgħa, l-awtoritajiet fi Xi’an għandhom jeżerċitaw il-lockdowns u jagħlqu l-iskejjel f’sitwazzjoni fejn epidemija tkun qed timponi theddida serja għas-saħħa pubblika.
Intant, ħafna min-nies esprimew ir-rabja tagħhom fuq l-Internet waqt li fissru l-pjan bħala wieħed eċċessiv wara li kontrolli eżaġerati fiż-żmenijiet tal-Covid.
Fl-istess ħin, qed iżidu sew il-każi tal-influwenza madwar iċ-Ċina u meta s-sitwazzjoni wasslet għal nuqqas ta’ mediċini biex jikkumbattu l-viruses fl-ispiżeriji tal-pajjiż.
//= $special ?>