Lokali

Il-Ministri jħallu bieb miftuħ għall-possibbiltà ta’ konċessjoni oħra

Jumejn ilu l-Prim Ministru Robert Abela ma eskludiex li t-tliet sptarijiet jistgħu jerġgħu jingħataw lill-privat b’konċessjoni. Dan wara li l-Imħallef Francesco Depasquale ddikjara l-kuntratt ma’ Vitals u Steward bħala wieħed frawdalenti; decizjoni li kkundannat il-mod kif saru l-affarijiet minn naħa tal-Gvern.

U issa, Abela donnu jrid jirrepeti l-istess mudell.

Net News saqsa lill-Ministri Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi jekk jaqblux ma’ dak li qal Robert Abela. Bil-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici ma jeskludiex li tista’ ssir konċessjoni oħra. 

Min-naħa tiegħu l-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi ma kkommettix ruħu jaqbilx jew le ma’ konċessjoni oħra għall-isptarijiet.

Stefan Zrinzo Azzopardi reġa’ ħarab mill-mistoqsija ta’ Net News u ma qalx jekk jaqbilx jew le li t-tliet sptarijiet jerġgħu jingħataw lill-privat b’konċessjoni.

Mistoqsi dwar x’għamlu Vitals u Steward għas-settur tas-saħħa f’dawn l-aħħar tmien snin…Owen Bonnici spiċċa jinħeba wara l-appell.

Bil-Ministru… li kien parti mil-Kabinett tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat meta sar dan il-ftehim ma’ Vitals… baqa’ ma weġibx min se jkun qed jerfa’ responsabbiltà ta’ dan is-serq kollu minn flus il-poplu Malti u Għawdxi.