Lokali

Inċident taħt il-mini ta’ Santa Venera joħloq konġestjoni kbira tat-traffiku

Din il-kamra tal-aħbarjiet ġiet infurmata li għall-ħabta tat-2.45pm seħħ inċident taħt il-mini ta’ Santa Venera fid-direzzjoni lejn il-Marsa. Il-pulizija stqarret ma’ Net News li minn dak li issa ġiet mgħarrfa, fl-inċident hemm involuti 5 karozzi.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex tassisti.

Kaġun tal-inċident bħalissa hemm konġestjoni kbira tat-traffiku fiz-zona.

Aktar dettalji ‘l quddiem.