Futbol Sport

Logħba medjokri bejn Valletta u Balzan tispiċċa fi draw ta’ mingħajr gowls

(Ritratt: Catriel Farrugia)

VALLETTA……………0

BALZAN……………..0

Valletta: C. Formosa, E. Ruiz, A. Zammit (N. Soares 55′), S. Dimech, E. P. Beltre, F. Falcone (W. Jebor 75′ ), B. Kamden, B. Paiber (T. Caruana 78′), R. Muscat, E. Sala, K. Bevis (J. Nnomo 78′).

Balzan: J. Debono, I. Bozovic, S.Arab, M. Grima, B. Mladenovic (D. Ndinga 70′), P. Fenech, N. Zerjal, M. Raso, Matheus Nogureira, A.a Andrejic, B. Kaljevic (A. Satariano 57′)

F’partita nieqsa mill-azzjonijiet u li ma offriet l-ebda spettaklu, Valletta u Balzan ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ mingħajr gowls. Għal Valletta din il-partita ftit kellha sinifikat iżda Balzan tilfu ċ-ċans li jitilgħu momentarjament fit-tieni post biex issa jinsabu t-tielet b’40 punt daqs Birkirkara li ovjament għad iridu jilagħbu.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Valletta wara kwarta logħob meta azzjoni personali tal-midfielder Brandon Paiber spiċċat b’xutt ta’ dan tal-aħħar li jkun milqugħ tajjeb minn Jonathan Debono.

Fl-azzjoni sussegwenti li waslet minuta biss wara Balzan laqtu l-lasta permezz ta’ xutt ta’ Bogdan Mladenovic b’din tkun l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima.

L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess bi ftit li xejn azzjonijiet ħlief xutt minn free kick ta’ Marcus Grima għal Balzan li kien milqugħ minn Formosa biex l-istess plejer għaxar minuti wara jerġa jimpenja lil Formosa li għal darb’oħra laqa’ tajjeb.

Bogdan Mladenovic ta’ Balzan jipprova jaqbeż lil Rowen Muscat ta’ Valletta (Ritratt: Catriel Farrugia)