Futbol Sport

Marcolini jsejjaħ l-iskwadra għal-logħbiet kontra l-Maċedonja ta’ Fuq u l-Italja

(Ritratt: MFA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Michele Marcolini sejjaħ skwadra ta’ 31 plejer għall-ewwel żewġ impenji tat-tim nazzjonali fil-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024, fejn Malta tinsab fi Grupp C flimkien mal-Ingilterra, l-Italja, l-Ukrajna u l-Maċedonja.

Malta se tibda l-impenji tagħha fit-23 ta’ Marzu fi Skopje kontra l-Maċedonja ta’ Fuq u tlett ijiem wara tilgħab it-tieni logħba tal-Grupp meta tilqa’ fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali liċ-champions tal-ewropa l-Italja. Dawn se jkunu wkoll l-ewwel impenji għat-tim Malti taħt it-tmexxija ta’ Marcolini li ħa t-tmexxija wara r-riżenja ta’ Devis Mangia

Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Cain Formosa (Valletta FC), Matthew Grech (Sirens FC)

Difensuri: Ferdinando Apap (Hibernians FC), Luke Tabone (Gzira FC), Steve Borg (Hamrun Spartans FC), Karl Micallef (Gudja United), James Brown (St. Johnston FC – SCO), Triston Caruana (Valletta FC), Zach Muscat (Farense – POR), Enrico Pepe (Birkirkara FC)

Midfielders: Juan Corbalan (Hamrun Spartans FC), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC), Adam Magri Overend (Floriana FC), Steven Pisani (Gzira United), Matthew Guillaumier (Hamrun Spartans FC), Cain Attard (Birkirkara FC), Nikolai Muscat (Gzira United), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Yannick Yankam (Birkirkara FC), Matias Nicolas Garcia (Floriana FC), Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise – BEL), Joseph Mbong (Hamrun Spartans FC), Dunstan Vella (Hibernians FC)

Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Shaun Dimech (Valletta FC), Jodi Felice Jones (Notts Country – ENG), Kyrian Nwoko (Santa Lucia FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Alexander Satariano (Balzan FC).