Raġel ta’ 42 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kymco AK 550 misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti Marsaskala u BMW 118D misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>