Kunsilli Lokali Lokali

Spettaklu u divertiment għal St. Patrick’s Sunday fil-Floriana

Il-Festa ta’ San Patrizju, li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mill-bidu tas-seklu 20. Din is-sena se tkun iċċelebrata l-Ħadd li ġej 12 ta’ Marzu mill-11am ‘il quddiem.

Il-mużiċisti ta’ din is-sena se jkunu: Kathy Cardona, Jomike u Lydon, Luke Chapel, 3MG, Josual, Ryan Spiteri, Down u Owen Luellen.

Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u kien fil-bidu tas-seklu 20 meta bdiet it-tradizzjoni li l-Furjanizi jissejjħu bħala tal-Irish. Dan hekk kif dak iż-żmien suldati Irandliżi kienu stazzjonati fiż-żona ta’ Balzunetta.

Fl-1905 imbagħad kienet intlagħbet logħba futbol bejn il-Klabb tal-Floriana u t-tim Irandiż. Dak iż-żmien it-tim ta’ Floriana FC kien jilgħab bil-kuluri aħdar u aħmar iżda wara dik il-logħba bdew jilgħabu bil-kuluri tal-Irlanda, aħdar u abjad, hekk kif kien hemm skambju tal-flokkijiet wara l-partita.

Saint Patricks’ Sunday hija attività mtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Floriana u l-Ajax Sports Club.

L-organizzaturi jħeggu lill-pubbliku biex jattendi u jqatta’ l-gurnata fil-Floriana fejn ovvjament il-pjaċir mhux se jonqos f’din il-festa ta’ briju u birra.