Sport Waterpolo

Tasal l-ewwel rebħa għal Malta

MALTA …………………… 11

UKRAJNA ………………… 6

Fit-tieni logħba ta’ wara nofsinhar prestazzjoni oħra tajba tat-tim Malti fejn din id-darba waslet ukoll l-ewwel rebħa kontra l-Ukrajna.

L-aqwa skorer tal-Maltin kien Ben Plumpton li skorja tliet gowls, filwaqt li Jake Muscat u Nikolai Zammit skorjaw tnejn kull wieħed. Il-gowls l-oħra waslu minn Liam Galea, Jayden Cutajar, Benjamin Cachia u Alec Fenech.