MOSTA………………..1
BIRKIRKARA……….1
Mosta: I. Akpan, R. Briffa (F. Dore 81′), C. Ememe, P. Tenebe (K. Yamazaki 66′), D’ Bonnici (M.l Okoh 67′), C. Failla, B. Diarra, J. Akrong, J. Akrong, J. Vassallo, Z. Brincat (T. Farrugia 90′), R. Ekani (S. Kingue 90′).
Birkirkara: G. Nava, O. Iorio, Y. Yankam, K. Zammit, M. Fedele (A. de Paixao 72′), C. Attard, N. Micallef (J. P. Farrugia 81′), E. Cabrera, A. Coppola, D. Custodio, A. Ciolaciu (K. Tulimieri 80′).
Referee: Slobodan Petrovic.
BOV Plejer tal-Logħba: Andrei Ciolaciu (Birkirkara)
B’gowls fl-ewwel taqsima, Mosta u Birkirkara ħadu punt kull wieħed, biex bħal Hibernians, dawn tal-aħħar ma approfittawx mit-telfa ta’ Gżira u tilfu ċ-ċans li jitilgħu fit-tieni post tal-klassifika. Min-naħa tagħhom Mosta kienu jitilgħu ir-raba’ kieku żammew il-vantaġġ li kellhom wara 27 minuta.
Birkirkara kieku perikolużi wara biss sitt minuti meta kien il-plejer tal-logħba Andrei Ciolacu li ra x-xutt b’saħħtu tiegħi jistampa mal-mimduda
Mosta fetħu l-iskor ftit qabel in-nofs siegħa logħob meta kien żball tal-goalkeeper Nava li ma żamx ix-xutt ta’ Boubakari Diarra li spiċċa fix-xibka.
Ftit wara din l-azzjoni, l-Istripes reġgħu laqtu l-mimduda wara taħwida taħt il-lasti bil-konklużjoni finali ta’ Ciolacu taħbat mal-lasta.
Meta kollox deher li l-ewwel taqsima ser tintemm 1-0 favur Mosta, minn pass ta’ Andrei Cioalcu kien Yannick Yankam li b’xutt mgħejjun mill-wieqfa għeleb lill-eks Furjaniż Ini Akpan.
//= $special ?>