Sport Sport Ieħor

Darts: Ħamrun Education jibqgħu fl-ewwel post wara rebħa f’konfront dirett

Ħamrun Education baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts meta għelbu lill-isfidanti diretti Floriana Ajax X Clean 6-2 fl-iktar logħba mistennija.

Wara li sabu ruħhom minn taħt, il-Ħamruniżi għamlu reazzjoni tajba u rnexxielhom idawru l-iskor favurihom għal 5-1. Minkejja li l-Furjaniżi naqqsu l-marġni tal-iskor, it-tim tal-Education baqgħu konċentrati sabiex kisbu l-11-il rebħa staġjonali.

Ħamrun Bayern A resqu viċin it-tieni post hekk kif għelbu lit-tieni tim tagħhom Ħamrun Bayern B 6-2.

Fgura Kenky għelbu l-isfida iebsa li tawhom Sliema Inter Darts Club 6-2 filwaqt li fid-dwell tan-naħa t’isfel tal-klassifika, Manchester Conquest Pub rebħu 7-1 lil Top Gun Bar.

Fit-tieni diviżjoni, il-leaders Birżebbuġa Lions kienu bye għalkemm ir-rivali PO’s Bar resqu biss żewġ punti warajhom wara li għelbu lil Mqabba tal-Ġilju 6-2.

Beland Bull’s Eye ġew miżmuma fi draw ta’ 4-4 minn Fgura Maypole filwaqt li Floriana Ajax B kisbu rebħa prezzjuża ta’ 7-1 kontra Cox Bar.

Fit-tielet diviżjoni, ġimgħa qabel il-konfront dirett għar-rebħ tal-kampjonat, Birgu Boċċi Club u Domus Żejtun rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom kontra Leah’s Bar (7-1) u Mqabba FC (8-0).

Mill-banda l-oħra, Duke’s A għelbu lil Duke’s B 7-1.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI

Ħamrun Education 37, Floriana Ajax X Clean A 33, Ħamrun Bayern A 32, Fgura Kenky 28, Manchester Conquest Pub 19, Sliema Inter DC 11, Ħamrun Bayern B 9, Top Gun Bar 3.

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI

Birżebbuġa Lions 34, PO’s Bar 32, Beland Bull’s Eye 20, Floriana Ajax X Clean B 16, Fgura Maypole 11, Cox Bar 10, Mqabba tal-Ġilju 4

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club 33, Domus Żejtun 31, Żebbuġ Rangers 22, Duke’s A 20, Duke’s B 17, Mqabba FC 4, Leah’s Bar 1.