FLORIANA…………1
ŻEBBUĠ R…………0
Floriana: D. Formosa, A. M. Overend , O. El Hasni, M. Veselji (N.Cassar 82’) ,O. Spiteri , M. N. Garcia, C. Zammit Lonardelli, L. Trillo , J. Busuttil, A. Melunovic ( K. Reid 46’) ,S. Osestad ( L. De Grazia 59’).
Żebbuġ Rangers: J. Azzopardi, H. Marcellino, S. Bugeja, L. Almeida Da Silva, T. Bartolo (J.Sciberras 62’) , C. L. Ngoy, R. E. Sanchez, J. Macedo ( G.Tanti 88’), M. Soto (A. Mizzi 84’), S. Miloskovic ( K. Bondin 62’) , J. Gesualdi
Referee: Darryl Agius
BOV Plejer tal-Logħba: Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers)
Wara sitt logħbiet bla ma jirbħu, Floriana kisbu rebħa b’gowl fl-aħħar ħinijiet kontra Żebbuġ Rangers.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet mill-Greens mal-ħames minuta meta kien Jan Busuttil li ttanta xortih bil-goalkeeper Jamie Azzopardi jilqa’ qabel mad-difiża tajjret il-periklu.
Ftit qabel in-nofs siegħa logħob Melunovic għal Floriana prova xutt fil-baxx li reġa kien milqugħ minn Azzopardi bl-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ mingħajr gowls.
Fis-57 minuta Lorenzo Trillo prova xutt minn qagħda angolata li għadda jħakkek mal-lasta.
Mas-siegħa logħob ċans tajjeb għal Żebbuġ meta Soto għadda lejn Lokoli Ngoy li iżda dan sab lil goalkeeper Furjaniż attent li laqalu tajjeb.
Formosa reġa’ kien impenjat fis-66 minuta meta kellu jdawwar f’korner ix-xutt ta’ Soto.
Floriana skorjaw il-gowl li kellu jkun dak li thom it-tliet punt fis-86 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ Lorenzo Trillo wara li rċieva mingħand Jan Busuttil.
//= $special ?>