Fl-10 ta’ Marzu, id-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-kelliem tal-Parlament Anġlu Farrugia, flimkien mal-Membri Parlamentari Randolph De Battista u Robert Cutajar kellhom laqgħa bilaterali mad-delegazzjoni Ukrajna mmexxija mid-deputat President tal-Verhovna Rada, Olksandr Kornienko. Il-laqgħa seħħet fl-isfond tal-146 Assemblea tal-Unjoni Interparlamentari, li seħħet f’Manama fil-Bahrain.
Id-delegazzjoni Ukrajna esprimiet apprezzament għas-sapprt li Malta tat lil Ukrajna biex issir pajjiż kandidat għas-sbuħija fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll għal assistenza li Malta tat lil Ukrajna fi żmien fil-bżonn.
Farrugia, De Battista u Cutajar komplew jesprimu s-sapport u s-solidarjetá mal-poplu Ukren u rrefera għall-11-is Sessjoni Speċjali tal-Emerġenza tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti u l-adozzjoni tar-reżoluzzjoni dwar il-gwerra fl-Ukrajna. Id-delegazzjoni Maltija fakkret l-irwol ferm importanti li għandha l-President tal-Parlament Ewropej, Roberta Metsola, hekk kif taw sapport lil Ukrajna u liċ-ċittadini. Fakkru wkoll li waqt il-laqgħa tal-Unjoni Interparlamentari li seħħ f’Kigali f’Ottubru tal-2022, Malta ivvutat favur l-għotja ta’ oġġett ta’ emerġenza lill-Ukrajna.
Id-delegazzjoni Maltija saħqet li għalkemm Malta pajjiż newtrali, dan ma jfissirx li taqbel mal-ksur tal-liġi internazzjonali, u xorta tirrispetta l-integritá territorjali. Id-delegazzjoni Maltija saħqet li importanti li l-kriminali jitressqu quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali, u li imperattiva li l-Qorti ikollha leġittimità internazzjonali.
//= $special ?>