Internazzjonali

Ir-Russja tagħmel tibdil mhux awtorizzat f’impjant nukleari

Ir-Russja qegħda tagħmel tibdil mhux awtorizzat f’impjant nukleari ta’ Zaporizhzhia. Dan hu l-ikbar impjant nukleari fl-Ukrajna u ilha xhur taħt il-kontrol tar-Russi.

Il-Kap tal-Ispezzjoni Regolatorja Nukleari tal-Istat, Oleg Korikov, qal li l-okkupazzjoni tal-impjant nukleari qed tinterferixxi mal-provvista tal-elettriku fil-pajjiż.

Il-konsegwenzi ta’ diżastru nukleari huma magħrufa sew fl-Ukrajna, minħabba l-katastrofi ta’ Chernobyl li seħħet fl-1986.

Intant f’Kherson, tliet ċittadini nqatlu u tnejn weġġgħu wara splużjoni f’parkeġġ ta’ supermarket, b’kawża ta’ diversi sparaturi mill-forzi armati Russi.

L-Ukrajna irnexxiela ġġib lura l-kontrol fuq Kherson f’Novembru li għadda, iżda r-Russi kontinwament jattakkaw il-post.