Sport Waterpolo

It-tieni rebħa għal Malta din id-darba fuq ir-Renju Unit

MALTA..……………..9

RENJU UNIT……..7

It-tim Malti tal-waterpolo kiseb it-tieni rebħa minn tliet partiti meta s-Sibt wara nofsinhar għeleb lil dak tar-Renju Unit 9-7.

Jake Muscat kien il-protagonist ewlieni bi tliet gowls għat-tim Malti immexxi mill-kowċ Milan Cirovic bil-gowls l-oħra jaslu minn Alec Fenech, Nikolai Zammit, Ben Plumpton, Bejnamin Cachia, Sam Gialanze u Liam Galea.

Il-konfront li jmiss għal Maltin huwa kontra r-Rumanija.