Li Qiang, l-eks mexxej tal-partit kommunista fiċ-Ċina, ġie elett bħala Prim Ministru ta’ ċ-Ċina wara li rċieva kważi l-voti kollha fil-Kungress Nazzjonali tal-Poplu. Kien hemm 2936 vot favur, tlieta kontra u tmienja astjenew milli jivvotaw. Hu ser ikollu r-rwol li jirkupra l-ekonomija taċ-Ċina wara l-effetti tal-pandemija.
Li Qiang hu kkunsidrat bħala alleat tal-President Xi Jinping, tant li Li Qiang ġie nnominat mill-President stess. Fl-2017, Li Qiang kien is-segretarju tal-partit f’Shanghai.
//= $special ?>