Futbol Sport

Msida St. Joseph promossi għaċ-Challenge League

Msida St. Joseph kisbu promozzjoni għaċ-Challenge League wara li llejla kisbu l-punti li kien jonqoshom, biex matematikament jiżguraw promozzjoni.

Fil-logħba ta’ llejla, Msida St. Joseph iddominaw lil Mdina Knights u għelbuhom bi skor ta’ 12-0 grazzi għal logħba mill-aqwa ta’ Jean Pierre Mifsud Triganza, li skurja sitt gowls, hat-trick ta’ Giovanni Galea kif ukoll gowls ta’ Edward Bugeja, Misael Tabone u Jason Camilleri.

Matul dan l-istaġun s’issa, Msida St. Joseph rebħu 12 mis-16-il logħba milgħuba s’issa, kisbu tliet draws u tilfu logħba waħda biss. Il-klabb skurja 45 gowl, u qala’ biss għaxra.