Iċ-Champions Ingliżi, Manchester City, jinsabu żewġ punti biss taħt Arsenal — b’logħba aktar — wara li għelbu (1-0) l-ostakolu diffiċli ta’ Crystal Palace f’Selhurst Park u fejn mill-ġdid kien deċiżiv l-attakkant prolifiku Norveġiż, Erling Haaland.
Is-Citizens bilfors riedu rebħa biex ikomplu jisfidaw għat-tielet titlu f’daqstant snin iżda sabu quddiemhom avversarji determinati li ma joħorġux b’idejhom vojta mill-konfront u li għalqu l-ispazji kollha għall-attakkanti ta’ City — b’Rodri u Jack Grealish ifallu ċansijiet tajbin għaċ-Champions.
Intant, il-mument deċiżiv wasal fit-78 minuta, meta Michael Olise waqqa’ lil Ilkay Gundogan fil-kaxxa għal penalty ċar — b’Haaland jegħleb lill-gowlkiper Guaita mill-ħdax-il metru għat-tliet punti importanti.
B’din it-telfa, Palace baqgħu ankrati fit-12-il post tal-klassifika u meta issa ilhom għaxar logħbiet mingħajr rebħa fil-Premier League.
//= $special ?>