Numru ta’ riċerkaturi f’pajjiżna qed jaħdmu qatigħ biex itejbu r-riċerka eżistenti dwar il-kanċer sabiex il-kura tkun iktar avvanzata biex tgħin lil pazjenti kollha li jiżviluppalhom xi tip ta’ kanċer.
Ir-riċerka qed issir minn 15-il grupp differenti, fejn tvarja minn diversi modi differenti biex jinqerdu t-tipi differenti ta’ kanċer, fost dawn hemm ir-riċerka li timmira direttament biex telimina l-kanċer, u riċerka oħra biex tgħin lil pazjenti b’mod psikoloġiku, b’wieħed mir-riċerkaturi, il-Professur Christian Scerri jispjegalna iktar dwar dan.
Ir-riċerkaturi kollha ngħaqdu flimkien biex fil-21 ta’ Marzu tittella’ konferenza ta’ informazzjoni għall-pubbliku fl-Università l-antika fil-Belt biex jifhmu aħjar ix-xogħol li qed isir u l-importanza tar-riċerka f’dan is-settur.
Il-Professur Scerri spejga kif kull riċerka ta’ dan it-tip tiswa’ l-miljuni ta’ ewro biex issir, bl-għaqdiet Emanuele Cancer Research Foundation Malta u Alive bil-koridinament ta’ RIDT TRUST li jaħdmu favur dan l-għan
Ħafna jikkunsidraw il-fondi għall-kura bħala importanti ferm, iżda l-ebda kura ma tista’ tkun possibli mingħajr ir-riċerka, li hija l-bażi ta’ kollox.
//= $special ?>