Lokali

Sandra Buhagiar hi l-vittma li tilfet ħajjitha wara 4 snin f’koma

Diversi qraba u ħbieb sellmu l-memorja ta’ Sandra Buhagiar, il-vittma li kienet sfat imtajra qrib ir-residenza San Vinċenz de Paul. Buhagiar kienet ilha kważi 4 snin f’koma kawża ta’ dan l-inċident.

Ħafna ddiskrivew lil Sandra bħala dik il-persuna sinċiera li kienet tixgħel kamra bit-tbissima tagħha.