Spezia 2-1 Inter
Fi Stadio Alberto Picco, Spezia ħasdu lil Inter meta b’gowls fit-tieni taqsima għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1.
Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls fejn Inter fallew penalty mogħti minn Lautaro Martinez li kien milqugħ minn Dragowski, kienu Spezia li marru fil-vantaġġ fl-54 minuta meta M’Bala Nzola għadda lejn il-plejer misluf mingħand Milan Daniele Maldini li b’xutt fil-baxx gġeleb lil Handanovic.
Fit-82 minuta Inter ingħataw penalty ieħor għal foul fuq Dumfries fejn din id-darba mar fuq il-ballun Romelu Lukaku li tefa’ l-ballun naħa u lil Dragowski n-naħa l-oħra għal skor ta’ 1-1.
Erba’ minuti wara wasal it-tielet penalty tal-partita din id-darba favur Spezia meta Dumfries waqqa’ lil Kovalenko fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga mill-penalty M’Bala Nzola li tefa’ fir-rokna tax-xibka u ta tliet punti importanti lil Spezia fil-ġlieda għas-salvazzjoni.
Illum:
15:00 – Empoli vs Udinese
18:00 – Napoli vs Atalanta
20:45 – Bologna vs Lazio
Għada:
12:30 – Lecce vs Torino
15:00 – Cremonese vs Fiorentina
15:00 – Verona vs Monza
18:00 – Roma vs Sassuolo
20:45 – Juventus vs Sampdoria
It-Tnejn:
20:45 – Milan vs Salernitana
//= $special ?>