Futbol Sport

Serie A: Napoli jestendu l-vantaġġ f’ras il-klassifika

(Ritratt: EPA)

Napoli 2-0 Atalanta

Napoli estendew il-vantaġġ f’ras il-klassifika għal 18-il punt wara li fi Stadio Diego Armando Maradona għelbu lil Atalanta 2-0.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet 0-0, Napoli fetħu l-iskor mas-siegħa logħob meta kien Khvicha Kvaratskhelia li rċieva mingħand Osimhen, u wara li qabeż żewġ plejers fil-kaxxa b’xutt b’saħħtu geħeb għal kollox lil Musso. Il-gowl li ssiġilla r-rebħa għan-Naplitani wasal fis-77 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Amir Rrahmani minn korner ta’ Elif Elmas.

Empoli 0-1 Udinese

Gowl uniku ta’ Rodrigo Becao ta rebħa minima ta’ 1-0 lil Udinese barra minn darhom fuq Empoli biex b’hekk komplew isaħħu posthom f’nofs il-klassifika. Il-gowl wasal fl-54 minuta meta minn corner ta’ Sandi Lovric kien Rodrigo Becao li ogħla fuq kulħadd u xeħet ġewwa.