Lokali

Titjira tal-Air Malta lejn Amsterdam tittardja tal-inqas 7 sigħat

Il-kumpanija tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta avżat lill-pubbliku li titjira minn Malta lejn Amsterdam u lura se tkun qed tittardja tal-inqas 7 sigħat.

Ġie spjegat li dan id-dewmien huwa dovut għal problemi operattivi u għaldaqstant it-titjira KM394 li kellha titlaq mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta fis-07:20 tas-Sibt filgħodu se tkun qed titlaq fis-14:00.

Dan filwaqt li t-titjira KM395 minn Amsterdam lejn Malta li suppost kellha titlaq fil-11:30 se tkun qed titlaq fis-18:20.