Mara li kienet ilha kważi erba’ snin f’koma kawża ta’ inċident, mietet nhar il-Ġimgħa li għadda.
L-inċident kien seħħ fil-15 ta’ Ġunju tal-2019 meta l-mara minn Ħal Qormi, li dak iż-żmien kellha 38 sena, sfat imtajra minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 47 sena mis-Siġġiewi.
Il-mara kienet miexja qrib San Vinċenz de Paul, il-post fejn kienet taħdem dak iż-żmien. U issa…4 snin wara…. il-mara mietet fl-istess residenza li kienet fiha. Dan hekk kif wara kura li ngħatat għal xi żmien fl-Isptar Mater Dei, skont il-prassi, il-mara ttieħdet fir-residenza San Vinċenz biex tkompli tingħata l-attenzjoni u l-kura meħtieġa hemmhekk.
Kawża tal-inċident, il-mara kienet sofriet minn ġrieħi serji u spiċċat f’koma, fejn sfortunatament qatt ma kienet ħarġet minnu.
Wara l-mewt tagħha nfetħet Inkjesta Maġisterjali, bl-awtopsja mistennija ssir biex tiddetermina jekk il-mara mitietx kawża tal-inċident jew kawża ta’ kundizzjoni oħra.
L-inċident kif seħħ lura f’Mejju tal-2019: