Internazzjonali

Żbroffa l-vulkan Merapi fl-Indoneżja

Wieħed mill-iżjed vulkani attivi fl-Indoneżja, il-Vulkan Merapi, żbroffa, u ħalla impatt f’tmien irħula. Kawża ta’ dan, l-awtoritajiet kellhom iwaqqfu t-turiżmu u x-xogħol fil-minjieri fiż-żoni affetwati, madwar seba kilometri madwar il-vulkan.

S’issa mhemmx rapporti li miet xi ħadd kawża ta’ dan l-iżbroff, iżda dan il-vulkan qatel madwar 1300 persuna fl-1930, madwar 60 persuna fl-1994, kif ukoll madwar 300 persuna fl-2010, hekk kif eluf ta’ persuni kellhom jiċċaqalqu miż-żona b’mod permanenti.

Dan il-vulkan twil kwazi 3000 metri, u jinstab madwar 30 kilometru l’bogħod mir-raħal ta’ Yogyakarta. L-Indoneżja tinstab fuq iż-żona taċ-”ċirku tan-nar”, hekk kif ħemm livell għoli ta’ terremoti u vulkani attivi.